“Ilni Biex Insib Il-kuragg Biex Niktbu…” – L-Onor. Jason Azzopardi Jiftaħ Qalbu Dwar Esperjenza Personali

 “Ilni Biex Insib Il-kuragg Biex Niktbu…” – L-Onor. Jason Azzopardi Jiftaħ Qalbu Dwar Esperjenza Personali

“It-tbatija, hi x’inhi, issaffina. Tgħinna nikbru u napprezzaw aktar il-ħajja. Int min int, agħmel kuraġġ. Ebda salib ma ġie fuqek għax ma tistax iġġorru.”

Il-Membru Parlamentari Jason Azzopardi kiteb messaġġ kemmxejn twil; din id-darba mhux politiku iżda uman, dwar esperjenza li għadda minnha hu flimkien mal-familja tiegħu. Stqarr li ilu jixtieq jikteb dwarha u ddeċieda li jagħmel hekk, biex jagħti kuraġġ lil min għaddej minn toqol fil-ħajja.

Spjega kif missieru li kien ibiegħ is-saħħa, wara li rtira marad b’tumur; l-ewwel f’għonqu li spiċċa biex ħonqu u mbagħad wara f’5 postijiet differenti f’moħħu.

“Bqajt inkun ħdejh kuljum. Filgħodu qabel il-Qorti, wara l-Qorti, qabel is-seduta tal-Parlament…”, kiteb Azzopardi.
Kompla jgħid kif darba minnhom waqt li kien qed iqaxxarlu l-leħja, qabadlu jdejh u qallu li hu mhux se jaqta’ qalbu.
Bil-mod il-mod, missieru għamel passi ‘l quddiem tant li n-newrologu qallhom li qatt ma kien ra rkupru hekk.
“Minn jaf kemm hawn minkom li jistgħu jirrakontaw esperjenzi simili jew ikbar. Min jaf! Dan li ktibt, ktibtu biss bit-tama li nkun ta’ kuraġġ għal min forsi qed jaqta’ qalbu mill-ħajja.”, esprima Jason Azzopardi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com