Jasal F’Malta L-Vaċċin Ta’ Johnson & Johnson

 Jasal F’Malta L-Vaċċin Ta’ Johnson & Johnson

Matul il-lejl li għadda, f’Malta waslet l-ewwel konsenja tal-vaċċin Janssen.

Is-Central Procurement and Supplies Unit qalu dan fuq il-midja soċjali, b’ritratti li juru anke l-ajruplan tal-Air Malta li wassal din il-konsenja.

Hekk kif issa pajjiżna għandu wkoll il-vaċċin tal-Johnson & Johnson, Malta tista’ tkabbar il-ġlieda kontra l-COVID-19 sabiex tintlaħaq il-mira li dawk kollha li għandhom minn 16-il sena ‘l fuq ikunu tlaqqmu sa nofs Awwissu.

Ritratt: Central Procurement and Supplies Unit / Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com