Jason Azzopardi Ma Weġibx Għall-Protest Ġudizzjarju ta’ Dizz Group

 Jason Azzopardi Ma Weġibx Għall-Protest Ġudizzjarju ta’ Dizz Group

Fi tweġiba wara sensiela ta’ allegazzjonijiet mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, Dizz group qal wara protest ġudizzjarju li l-grupp preżenta f’Jannar tal-2020 kontra Jason Azzopardi, minn naha l-oħra Azzopardi qatt ma għamel kontro-protest kif inhi l-prassi legali.

Din l-azzjoni sostna l-grupp hija konferma li l-allegazzjonijiet infondati u malizzjużi fil-kontront tal-grupp li ressaq Azzopardi, saru biss għal raġunijiet ta’ preġudizzju u intenzjonati b’malafama u biex jagħmlu ħsara r-reputazzjoni tal-kumpanija u n-negozji tagħha.

Il-Grupp qal li minflok inħela fil-politika partiġġjana kompla jiffoka fuq in-negozju fl-interess tal-impjegati, l-investituri u l-konsumaturi billi l-grupp kompla jagħti servizz ta’ kwalita’, b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet diffiċli għan-negozju.

Madanakollu, l-grupp temm jgħid li se jkompli jieħu l-azzjonijiet neċessarji li l-interessi tiegħu jkunu protetti u jirriserva kull dritt fid-dawl ta’ allegazzjonijiet malafamanti kontrih.