Kif Se Jsir Il-Ftuħ Mill-Iskejjel Tal-Knisja?

 Kif Se Jsir Il-Ftuħ Mill-Iskejjel Tal-Knisja?

Fi stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, intqal li b’konsultazzjoni mal-iskejjel tal-Knisja, l-Iskejjel fil-livell kindergarten u primarju se jiftħu fiżikament nhar it-Tnejn, 12 ta’ April, b’osservanza tal-protokolli tas-saħħa. L-iskejjel li kellhom sistema ta’ attendenza alternata minħabba l-ispazji li huma għandhom se jkomplu b’dik is-sistema.

L-iskejjel sekondarji se jibdew lezzjonijiet online nhar it-Tnejn, 12 ta’ April, u se jiftħu fiżikament nhar l-Erbgħa, 14 ta’ April. Kull skola se tiddeċiedi liema snin u liema klassijiet se jattendu dakinhar, ekwivalenti ta’ żewġ forms bil-kumplament jibdew fiżikament il-Ġimgħa. Xi skejjel sekondarji wkoll għandhom sistema ta’ attendenza alternata minħabba spazju limitat. Nhar l-Erbgħa xi skejjel sekondarji tal-Knisja se jkollħom l-eżamijiet tal-Form 5s.

Is-Sixth Forms tal-Knisja se jiftħu nhar it-Tnejn, 12 ta’ April, skont l-indikazzjonijiet li se jagħtu l-kapijiet tagħhom. Fl-istess ħin se jkomplu d-diskussjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiftħu fiżikament skont il-protokolli tas-saħħa.

Il-ġenituri ġew imħeġġa jsegwu l-indikazzjonijiet li se jirċeivu mill-iskejjel rispettivi tagħhom.

Ritratt: mut.org.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com