“L-Inċertezza, L-Istress U T-Tensjoni Laħqu Livelli Allarmanti!”

 “L-Inċertezza, L-Istress U T-Tensjoni Laħqu Livelli Allarmanti!”

“Huwa inġust li ninsabu fl-aħħar jiem t’ April u la nafu meta, u kif, se jiftħu l-ispazji kulturali tagħna fil-Belt Valletta. It-teatri, il-mużewijiet, l-iswali, ir-ristoranti.”

Dan huwa kliem Jason Micallef, li fuq Facebook sostna li l-inċertezza, l-istress u t-tensjoni f’dawk kollha li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-qasam tal-arti, il-kultura u l-ospitalità, leħqu livelli allarmanti.

“Qed jimirdu ħafna nies mhux bil-Covid, imma b’mard ikrah ieħor konsegwenza tal-istress kbir li jinsabu fih.” Sostna li huwa inġust li dawn tħallew fl-għama mill-awtoritajiet tas-saħħa, u saħanistra qal li din tqarreb lejn kattiverja.

Micallef ikkundanna din is-sitwazzjoni, filwaqt li nnota li hemm ħafna li qed igergru fuq hekk, pero joqgħodu lura milli jitkellmu għax jibżgħu.

Filwaqt li sostna li m’hu qed jagħmel xejn ħażin għax qed jempatizza ma’ mijiet ta’ familji, staqsa għalfejn din l-inġustizzja kbira.

“Għax biex sparajan salut, ingħata permess b’mijiet jattendu bil-barka tal-awtoritajiet. L-istess il-mijiet ta’ nies li bdew jattendu lura l-quddies wara l-protesti tal-Arċisqof. Allura għalfejn it-teatri, l-ispazji kulturali, u r-ristoranti le?”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com