“Ma Nafx Min Int Imma Grazzi” – Ġuvni Jirringrazzja Qalb Tajba Li Għenitu F’Inċident Bil-Mutur

 “Ma Nafx Min Int Imma Grazzi” – Ġuvni Jirringrazzja Qalb Tajba Li Għenitu F’Inċident Bil-Mutur

“Ilbieraħ ikkonfermajt kemm għad hawn nies ta rieda tajba.” Hekk beda kliemu Quillan Demicoli fuq il-midja soċjali tiegħu fejn qal li lbieraħ kellu aċċident bil-mutur li għall-grazja t’Alla ma weġġax gravi fih.

Iżda iżjed minn hekk, irringrazzja lil dak ir-raġel li ma jafx x’jismu u li waqaf apposta biex jara kellux bżonn xi ħaġa.

Dan meta t-tpaqpiq fil-vojt minn oħrajn li kienu għaddejjin, ma waqafx meta rawh li kien qed jipprova jiġi f’tiegħu wara l-waqgħa.

Forsi din tiswa ta’ tagħlima għal kulħadd, biex inkunu iżjed paċenjzużi fit-triq filwaqt li nemmnu wkoll, li iva, għad hawn nies ta’ qalb tajba li lesti jagħtu l-ewwel għajnuna mingħajr ma jkunu jafuk.

Ritratt: Facebook/ Quillan Demicoli

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com