Man. City B’Id Waħda Fuq il-Kampjonat Premier Ingliż

 Man. City B’Id Waħda Fuq il-Kampjonat Premier Ingliż

Fl-aktar logħba mistennija tas-Sibt wara nofsinhar Manchester City għelbu lil Leicester City 2 – 0 barra minn darhom biex b’hekk fetħu vantaġġ ta’ 17 il-punt f’ras il-klassifika. Il-gowls waslu fit-tieni taqsima minn Benjamin Mendy fil-58 minuta u Gabriel Jesus fil-74 minuta.

Liverpool ukoll ir-reġisraw rebħa ta’ 3 – 0 barra minn darhom għand Arsenal. L-eroj tar-reds kien Diogo Jota b’żewġ gowls bil-gowl l-ieħor jiġi skurjat minn Salah.

Fl-ewwel logħba tas-sibt wara nofsinhar, Chelsea ġew megħluba minn West Bromwich Albion 5 – 2 b’Chelsea jilgħabu għal aktar minn nofs il-partita b’plejer anqas meta tkeċċa Thiago Silva fil-29 minuta. Kien Pulisic li poġġa lill-Chelsea fil-vantaġġ iżda Pereira fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima skorja darbtejn u poġġa lill-West Brom għal ewwel darba fil-vantaġġ. F’spazzju ta’ ħames minuti West Brom skurjaw darbtejn oħra permezz ta’ Robinson u Diagne. Mount naqqas id-distakk iżda Robinson lejn it-tmiem skorja l-ħames u l-aħħar gowl għal West Brom.

Fil-partita l-oħra tas-sibt Leeds għelbu lill-Sheffield United 2 – 1 .

Illum wara nofsinhar:-

Southampton vs Burnley (13.00)

Newcastle U. vs Tottenham H. (15.05)

Aston Villa vs Fulham (17.30)

Man. Utd vs Brighton & Hove Albion (20.30)

 

Ritratt: Forbes

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com