Mark A. Sammut Sassi Jgħid Li L-Labour Irid Li L-Bniet Isiru Prostituti

 Mark A. Sammut Sassi Jgħid Li L-Labour Irid Li L-Bniet Isiru Prostituti
Mark A. Sammut Sassi kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu li l-Labour irid li l-bniet isiru prostituti.
Dan għamlu billi ftit ħin ilu xxerja artiklu tal-Lovin Malta miktub fid-9 ta’ Frar li għadda, bl-isem: Sex work should be seen as a legitimate job choice, Rosianne Cutajar insists.
Mal-artiklu li xxerja, Sammut Sassi kiteb forma ta’ djalogu bejn missier u bint u tenna li l-Labour irid li l-prostituzzjoni ssir professjoni bħall-oħrajn: “Pà!” “Għidli, binti!” “La nikber irrid insir prostituta!” “Ħeqq, x’nista’ ngħidlek binti? Studja u tgħallem, għax il-Labour hekk iridek!”
Madanakollu, minn Stradarjali.com kkuntattjajna lill-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar fejn qaltilna li f’dak id-diskors parlamenatri, hi ma qalitx li l-bniet għandhom imorru għal dan ix-xogħol, iżda semmiet kif filwaqt li hemm nisa li sfortunatament huma sfruttati u jinsabu fil-prostituzzjoni mhux għax iridu huma imma għaliex m’għandhomx għażla oħra, hemm nisa u anke mhux nisa biss, li jixtiequ jagħmlu dan ix-xogħol.
L-Onorevoli Cutajar ġabet ukoll l-argument, li billi tipproteġi persuni, ma jfissirx li qed tħeġġeġ oħrajn jibdew jagħmlu l-istess. “Dan jappella wkoll bħal fil-każ tal-legalizzazzjoni tal-kannabis.”