Meta Familja Ħadet Qatgħa Kbira Fi Pjazza Magri Fil-Marsa

 Meta Familja Ħadet Qatgħa Kbira Fi Pjazza Magri Fil-Marsa

Bħal-lum 5 t’April tal-1937, familja fi Pjazza Magri fil-Marsa ħadet qatgħa kbira wara li waqt li kien għaddej ajruplan tar-Royal Air Force, waqgħalu tank li kien jintuża bħala target u sfronda s-saqaf tad-dar Numru 16.

Hemmhekk kienu joqogħdu Pullu Theuma u martu. Il-mara kienet qed tixtri barra iżda fil-kamra tas-sodda, li tagħha sfronda s-saqaf, kien hemm żewġ uliedhom; Iris ta’ sentejn u 4 xhur u Evelyn, ta’ sena u 3 xhur.

It-tnejn ħelsuha ħafif iżda ntlew tilja trab.

Kos hux, immaġina dawn l-affarijiet jiġru llum… Tal-biża’!

Ritratt: Ir-ritratt juri l-akkwata kif tidher illum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com