Misjuba Belt Fl-Eġittu Li Tmur Lura 3,000 Sena

 Misjuba Belt Fl-Eġittu Li Tmur Lura 3,000 Sena

L-iskopertà ta’ belt li għandha mat-3,000 sena li kienet intilfet fir-ramel tal-Eġittu qed tkun deskritta bħala waħda mill-iktar sejbiet arkeoloġiċi importanti mindu nstab il-qabar ta’ Tutankhamun.

Zahi Hawass, arkeoloġista li jispeċjalizza fl-istudju fuq l-Eġittu, ħabbar l-iskopertà tal-hekk imsejħa “lost golden city” viċin Luxor fil-jum tal-Ħamis. Qal li din kienet l-ikbar belt antika li qatt instabet fil-pajjiż.

Il-belt jisimha Aten u nstabet f’temp ta’ ftit xhur mindu beda l-iskavar f’Settembru li għadda.

Il-belt tmur lura għal żmien ir-renju ta’ Amenhotep III, wieħed mill-iktar faraoni b’saħħithom fl-Eġittu, u ggverna bejn 1391 u 1353 Qabel Kristu.

Aten kompliet tintuża minn Ay u Tutankhamun, li l-qabar tiegħu instab fil-Valley of the Kings mill-arkeoloġista Ingliż Howard Carter fl-1922.

Ritratti: Dr Zahi Hawass / Reuters / Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com