“Nixtiqek mejjet.. lilek u lil missierek” – partitarji lill-iben Pirlo

 “Nixtiqek mejjet.. lilek u lil missierek” – partitarji lill-iben Pirlo

Li Juventus taħt il-gwida ta’ Andrea Pirlo bħala kowċ kellhom staġun ħażin huwa fatt.

Barra kmieni mill-UEFA Champions League, bye bye Kampjonat wara li rebħuħ disa’ staġuni nfila, l-unika tama li jirbħu l-Coppa Italia, finali fid-19 ta’ Mejju kontra Atalanta.

Fl-aħħar siegħat iben il-kowċ Juventin, Nicolò Pirlo żvela kif kontinwament fl-aħħar jiem kien qed jiġi mhedded b’messaġġi iebsin għas-sempliċi raġuni li huwa ibenn il-kowċ ta’ Juventus.

“F’kollox hemm limitu, dan il-limitu issa ilu żmien li nqabeż”, ikkumenta Nicolò wara serje ta’ messaġġi anke b’theddid li qed jirċievi minn sezzjoni ta’ partitarji Juventini.

Żied jgħid, “Kulħadd għandu dritt li jgħid li jħoss, imma f’dan il-każ l-unuku tort l-għandi huwa li jien iben kowċ, li milli jidher ma’ tantx jinżel tajjeb ma’ numru ta’ partitarji”>

Pirlo ż-żgħir appella għal aktar sensibbilita mal-followers tiegħu, qallhom biex għal mument ipoġġu lilhom infushom fiż-żarbun tiegħu biex jaraw xi tfisser.

Anke qasam “screenshot” minn fost ħafna messaġġi li rċieva mingħand il-partitarji, fejn xtaq il-mewt lilu u lil missieru, l-kowċ ta’ Juventus u favorit meta kien għadu player magħhom, Andrea Pirlo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com