Diversi Qriema Jsibu L-Grif Mal-Vettura Tagħhom

 Diversi Qriema Jsibu L-Grif Mal-Vettura Tagħhom

Residenti Qriema qed ikunu avżati sabiex joqgħodu attenti fuq il-vetturi tagħhom.

Dan hekk kif numru ta’ nies sabu l-grif mal-vettura personali tagħhom.

Residenta partikolari qasmet ritratt tal-girfa li sabet mal-vettura tagħha li kienet ipparkjata fi Triq Pinto, b’diversi nies oħra jgħidu li anke l-vettura tagħhom spiċċat migrufa fl-istess triq.

Jidher iżda li mhux il-vetturi li jkunu pparkjati f’din l-istess triq qed ikunu vvandalizzati.

Dan hekk kif diversi nies ikkumentaw u qalu li huma wkoll sabu l-grif mal-vetturi tagħhom fi Triq Valletta, Triq l-Għargħar, Triq l-Imdina, Triq San Rafel u Triq l-Għaqda.

Ritratt: Diana Meli / Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com