Player Tax-Xahar – Dodo Soares Taċ-Champions Ħamrun S. Jagħmilhom Tlieta Minn Tlieta

 Player Tax-Xahar – Dodo Soares Taċ-Champions Ħamrun S. Jagħmilhom Tlieta Minn Tlieta

RITRATT – Ħamrun Spartans FC 

L-attakkant ta’ Ħamrun Spartans, Dodo Soares, għat-tielet xahar konsekuttiv rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar.

Hekk kif il-Kampjonat BOV Premier ġie tterminat qabel il-waqt minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija COVID-19, Ħamrun Spartans ġew iddikjarati champions ta’ dan l-istaġun.

L-unur tal-Plejer tax-Xahar ta’ Frar għal Soares, ikompli jikkonferma kemm dan il-plejer kien strumentali biex Ħamrun kisbu dan is-suċċess.

Ix-xahar ta’ Frar kien wieħed kruċjali għal Ħamrun Spartans fil-mixja tagħhom lejn ir-rebħ tal-kampjonat, tant li rreġistraw erba’ rebħiet, kontra Gudja United (3-1), Birkirkara (2-0), Balzan (3-2) u Gżira (2-1), b’Dodo Soares jiskorja doppjetta fl-ewwel żewġ logħbiet.

L-intenzjoni kienet li Dodo Soares jirċievi dan l-unur waqt waħda mill-partiti skedati għal Marzu, iżda wara li l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubbliku ma’ rrilaxxawx il-miżuri u sussegwentament kellu jitwaqqaf il-Kampjonat, il-plejer laħaq ħalla Malta biex il-preżentazzjoni tat-trofew kellha ssir lill-klabb ta’ Ħamrun f’dawn l-aħħar jiem.

Dodo Soares għażel li d-donazzjoni marbuta ma’ dan l-unur tmur għand ‘Little Sisters of the Poor’ tal-Ħamrun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com