“Pruvajt Inkun Samaritan Tajjeb U Weħiltu!”

 “Pruvajt Inkun Samaritan Tajjeb U Weħiltu!”

“Pruvajt inkun Samaritan tajjeb u weħiltu!” Hekk qal magħna individwu li prova jtemm il-ġurnata billi jagħmel att ta’ karità ma’ sitwazzjoni li ltaqa’ magħha.

Spjega kif waqt li kien għaddej minn Santa Venera, mara li qed tuża l-isem Emily Grech waqfitu u qaltlu li l-karozza tagħha waqfitilha għax ma kellix petrol, ma kellix flus fuqha u li se tibgħatlu l-flus fi żmien 10 minuti b’Revolut.

Tant li insistiet li tagħtih in-numru tagħha u jċemplilha, biex din dan l-iffrodar ikun iktar realistiku. L-individwu li tkellem magħna qal li n-numru kien wieħed validu.

Huwa taha €10, saqsiha jekk jistax jgħinha u jekk kellix jerrycans għall-petrol. It-tweġiba li rċievha kienet li kellha jerrycans, li Alla jbierku filwaqt li l-€10 ma waslet qatt.

Spjega li dak li kiteb għamlu biex kull min jaqrah joqgħod attent minn dil-mara u raġel, li qed jagħmilha tar-raġel tagħha, huma u jipprovaw jiffrodaw lin-nies.

Dil-koppja diġa ntlemħu wkoll f’Birkirkara, Ħal Qormi u San Ġwann.

Ir-ritratt tal-persuna ttieħed mil-Whatsapp chat ta’ bejn l-individwu u l-mara

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com