Raul Castro Jirriżenja Minn Mexxej Tal-Partit Komunista Kuban

 Raul Castro Jirriżenja Minn Mexxej Tal-Partit Komunista Kuban

Raul Castro rriżenja minn mexxej tal-Partit Komunista f’Kuba, u b’hekk ġab fi tmiemhom 60 sena li l-familja tiegħu kienet ilha fil-poter.

Castro, li għandu 89 sena, ħabbar dan waqt kungress tal-partit, fejn qal li se jkun qed jagħti t-tmexxija lil ġenerazzjoni iżgħar li hija mimlija passjoni u spirtu kontra l-imperjaliżmu.

Il-votazzjoni għas-suċċessur tiegħu se ssir fi tmiem kungress ta’ erbat ijiem.

Dal-pass, li kien mistenni, itemm era ta’ tmexxija formali minnu u minn ħuh Fidel Castro, li bdiet bir-revoluzzjoni tal-1959.

Għalkemm Castro ma wera l-ebda appoġġ lejn xi persuna partikolari li tista’ tkun is-suċċessur tiegħu, huwa mifhum li aktarx ikun Miguel Diaz-Canel, li sar il-President ta’ Kuba fl-2018.

Ritratt: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com