Rebħiet Għas-Saints, Villa u United

 Rebħiet Għas-Saints, Villa u United

Illum kellna erba partiti oħra mill-Kampjonat Premier Ingliż fejn kmieni wara nosinhar Southampaton għelbu lill-Burnley 3 – 2, b’erba gowls jiġu skurjati fl-ewwel taqsima. Wood minn penalty jagħmilhom 1 – 0 fit-12 il-minuta b’Vydra jagħmilhom tnejn ma’ kważi nofs siegħa logħob. Southampon wieġbu mill-ewwel hekk kif tlett minuti wara naqsu d-distakk permezz ta’ Armstrong b’Ings jagħmilhom 2 – 2 qabel l-intervall. Fil-66 minuta Redmond skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.

Draw ta’ 2 – 2 f’St.James Park bejn Newcastle United u Tottenham Hotspur. Joelinton poġġa lill-Magpies fil-vantaġġ fil-28 minuta iżda Harry Kane skorja darbtejn f’spazzju ta’ erba minuti biex dawwar ir-riżultat favur l-Spurs. Ħames minuti mit-tmiem Wilock ġab id-draw għan-Newcastle.

F’Villa Park Aston Villa ġew minn wara meta għelbu lill-Fulham 3 – 1. Mitrovic poġġa lil Fulham fil-vantaġġ fil-61 minuta b’Trezeguet jdawwar ir-riżultat favur Aston Villa b’żewġ gowls fil-78 u fil-81 minuta rispettivament. Watkins tlett minuti mit-tmiem għamel ċert mit-tlett punti bit-tielet u l-aħħar gowl għal Villa.

Fl-aħħar logħba tal-Ħadd, Manchester United f’Old Trafford ukoll dawru telfa f’rebħa kontra Brighton & Hove Albion. Kien l-ex Man. Utd Danny Wellbeck li poġġa lill-Brighton fil-vantaġġ bl-ewwel taqsima tagħlaq 1 – 0. Rashford mas-siegħa logħob għamel lis-skor 1 – 1 b’Greenwood jiskorja il-gowl tar-rebħa għal United.

Għada:-

Everton vs Crystal Palace (19.00)

Wolves vs West Ham (21.15)

 

Ritratt: Skysports

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com