Rikostruzzjoni Ta’ Wiċċ Tfajla Li Mietet Mal-2,000 Sena Ilu

 Rikostruzzjoni Ta’ Wiċċ Tfajla Li Mietet Mal-2,000 Sena Ilu

Heritage Malta ppubblikat ritratt ta’ rikostruzzjoni ta’ wiċċ tfajla li mietet mal-2,000 sena ilu. L-Aġenzija qalet li dan kollu beda lura f’Awissu tal-2013, meta nstab skeletru ta’ mara ta’ bejn it-18 u l-24 sena fix-xaft ta’ qabar u li kien iċċirkondat minn oġġetti tal-fuħħar.

Kien intqal li dan l-iskeletru, meta studjat, imur lura għal bejn ir-raba’ seklu qabel Kristu u t-tieni seklu wara Kristu.

Segwu taħdita minn Heritage Malta li se tixxandar nhar l-Erbgħa 21 t’April fis-18.30 fuq facebook dwar il-vjaġġ mis-sit sal-laboratorju u anke l-proċess tar-rikostruzzjoni tal-wiċċ virtwali.

Ritratt: Heritage Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com