Ritratt Li Wassal Għal Spekulazzjoni Sħiħa Mad-Dinja Kollha

 Ritratt Li Wassal Għal Spekulazzjoni Sħiħa Mad-Dinja Kollha

Ftit jiem wara li tħabbret il-mewt tal-Prinċep Filippu, il-fotografu Frank Attard sellem il-memorja tad-Duka t’ Edinburgu.

Attard, li għandu 93, sena kien ġibed ritratt famuż li wassal għal spekulazzjoni mad-dinja kollha fuq jekk il-Prinċep Filippu u l-Prinċipessa Eliżabetta kienux qed jistennew it-tieni wild tagħhom.

Ir-ritratt kien ittieħed fl-1950 f’Villa Guardamangia, fejn il-koppja qattgħu sentejn mill-aqwa ‘il bogħod mill-protokoll Irjali qabel ma Eliżabetta ġiet inkurunata bħala Reġina tliet snin wara.

Ma’ The Mail on Sunday, Attard spjega kif x’ħin ħa r-ritratt, il-Prinċep Filippu wera żewġt iswaba’. Meta r-ritratt intbagħat lill-gazzetti Ingliżi, huma qalu li dan qed juri li kienu qed jistennew it-tieni wild tagħhom.

Il-funeral tal-Prinċep Filippu se jsir għada fil-Kappella ta’ San Ġorġ fil-Kastell Windsor.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com