Smajtu X’ ħargu Apple?

 Smajtu X’ ħargu Apple?

Apple ħabbru varjetà ta prodotti ġodda waqt l-avveniment fil-21 ta’ April. l-avveniment seħħ fil-kwartieri ġenerali tal-kumpanija Apple Park f’Kalifornja. Iżda minħabba l-pandemija li għaddejja, din saret diġitali.

Matul l-avveniment, Apple ħabbret prodotti ġodda bħall-iMac f’diversi kuluri, iPhone vjola, l-aħħar iPad Pro, Apple TV 4K aġġornat u l-AirTag.

L-iMac il-ġdid ħareġ b’kuluri ġodda – aħdar, isfar, oranġjo, roża, vjola, blu u kulur il-fidda.

Disinn ħafna kompatt u rqiq grazzi għaċ-ċippa M1. Id-disinn huwa biss 11.5 millimetri rqiq.

Karatteristiċi ġodda oħra jinkludu l-kamera FaceTime HD 1080p u għall-ewwel darba, Touch ID jasal fuq l-iMac, li jippermetti lill-users sigurta b’mod faċli, jagħmlu xirjiet b’Apple Pay etc.

L-iPad Pro l-ġdid ser jkun l-iPad Pro l-aktar qawwi u avvanzat li qatt sar, grazzi għaż-żieda taċ-ċippa M1 iddisinjata minn Apple. Jgħin biex iwassal qabża kbira fil-prestazzjoni, u jagħmel l-iPad Pro l-iktar apparat fast tat-tip tiegħu.

L-iPad Pro ta 12.9-il pulzier jinkludi wkoll display Liquid Retina XDR ġdid. Dan joffri esperjenza viżwali tal-għaġeb u li issa jinkludi wkoll appoġġ għal Thunderbolt port.

L-aktar ħaġa interessanti li ħabret Apple naħseb li hija Apple AirTag għax filwaqt li l-prodotti l-oħra mħabbra huma upgrades, l-AirTag hija gadget kompletament ġdida.

Dan l-aċċessorju żgħir u ddisinjat b’mod eleganti jgħin biex issib l-oġġetti l-iktar importanti għalik bl-għajnuna tal-app Find My ta’ Apple. Tista twaħħal l-AirTag ma’ handbag, ċwievet, backpack jew ħafna oġġetti oħra.

Kull AirTag huwa żgħir u ħafif li huwa reżistenti għall-ilma u t-trab (IP67). Għandu wkoll post li jinqala li tagħmilha faċli biex jibdlu l-batterija.

Xylon Bristow

Xylon Bristow

https://stradarjali.com

Xylon ilu involut fit-teknoloġija għal dawn l-aħħar 13-il sena. Għandu passjoni għal kull tip ta' aġġeġġi teknoloġiċi. Xylon għandu esperjenzi varji fix-xandir fosthom fil-produzzjoni u l-muntaġġ ta' numru ta' produzzjonijiet li kisbu suċċess