Timmaġinah Lil Dwayne Johnson Bħala President Tal-Istati Uniti?

 Timmaġinah Lil Dwayne Johnson Bħala President Tal-Istati Uniti?

Newsweek irrappurtat li skont stħarriġ li sar minn entità bl-isem ta’ Piplsay, kważi nofs l-elettorat tal-Istati Uniti jappoġġja l-kandidatura tal-attur Dwayne “the Rock” Johnson.

Għal diversi snin, l-attur li huwa magħruf ħafna għall-istatura immuskolata tiegħu, ta x’jifhem li jista’ jkun kandidat fl-elezzjoni tal-2024.

B’rispons għal dan, Johnson qal li jħossu umli quddiem dan ir-riżultat.

Żied jgħid li ma jaħsibx li l-fundaturi tal-Istati Uniti basru li xi ħadd bħalu jkun President ta’ pajjiżhom.

Madanakollu, irrimarka li jekk xi darba din verament tiġri, ikun unur għalih li jservi lill-poplu tal-Istati Uniti.

Min jaf x’jista’ jiġri fil-futur?

Kienu ħafna li daħku meta Donald Trump tefa’ l-kandidatura tiegħu, u nħasdu meta ġie magħżul bħala l-President tal-Istati Uniti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com