Tkompli L-Ħidma Biex It-Triq Tibqa’ Aċċessibbli

 Tkompli L-Ħidma Biex It-Triq Tibqa’ Aċċessibbli

Is-Sibt filgħodu kompliet il-ħidma minn Clean Malta sabiex jitneħħa l-ostaklu li nħoloq fit-triq pinċipali tal-Bajja tal-Għadira.

Dan wara li kawża tar-riħ qawwi li ħakem lill-Gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat, ammont kbir ta’ ramel spiċċa fl-istess triq.

Clean Malta kompliet bix-xogħol li beda l-Ġimgħa filgħaxija sabiex it-triq tkun tista’ tibqa tintuża, speċjalment mill-Għawdxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com