UCL – Real Madrid Miżmuma Fid-Draw Minn Chelsea

 UCL – Real Madrid Miżmuma Fid-Draw Minn Chelsea

Fl-ewwel leg tal-ewwel semi finali tal-UEFA Champions League, Real Madrid ġew miżmuma fid-draw ta’ 1 – 1 minn Chelsea f’konfront li intlagħab f’Estadio Alfredo di Stefano. Kien Christian Pulisic li poġġa lit-tim Ingliż fil-vantaġġ mal-kwarta logħob wara li r-rċieva b’mod tajjeb mingħand Rudiger.

Fir-risposta tagħhom il-Madrileni laqtu l-lasta seba minuti wara permezz ta’ Karim Benzema bl-attakant franċiż ma jfalliex fil-29 minuta meta irnexxilu jsib ix-xibka u jagħmel lis-skor 1 – 1.

It-tieni taqsima kienet nieqsa minn dawk li huma azzjonijiet perikolużi bid-difiżi jiddominaw tul it-tieni 45 minuta.

Skor finali 1 – 1 bil-partita kienet ikkontrolata minn Danny Makkelie.

It-tieni leg tintlagħab il-ġimgħa dieħla.

 

Ritratt: The Independent

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com