UEFA Europa League – Nofs Tużżana għar-Red Devils Fuq Roma.. Vantaġġ Minimu Għal Villarreal Fuq Arsenal

 UEFA Europa League – Nofs Tużżana għar-Red Devils Fuq Roma.. Vantaġġ Minimu Għal Villarreal Fuq Arsenal

UEFA Europa League

SemiFinali l-Ewwel Legs

Manchester United – Roma 6-2
Red Devils fil-vantaġġ minn Bruno Fernandes fid-disa’ minuta, għaddew sitt minuti u mal-kwarta logħob, hands ta’ Pogba fil-kaxxa, mill-ħdax-il metru GialloRossi kisbu d-draw minn Lorenzo Pellegrini.
Roma fil-vantaġġ fl-erbgħa u tletin minuta meta reġa kien Pellegrini li żmarka lill-Bożnijak Edin Dzeko li minn żewġ passi għeleb lill-goalkeeper De Gea.
Tieni taqsima United dawru kompletament il-partita, fit-tmienja u erbgħin minuta, Edinson Cavani għeleb in-nasba tal-offside u b’xutt bid-dawra fl-anglu għeleb lill-goalkeeper Antonio Mirante għal 2-2, ftit wara s-siegħa logħob reġa kien Edinson Cavani li mir-rebound tefa’ ġewwa, għaddew seba’ minuti oħra u r-referi Spanjol ordna penalty diskuttibli, mill-ħdax-il metru waslet ukoll id-doppjetta personali għal Bruno Fernandes.
Paul Pogba bil-ħames goal fil-ħamsa u sebgħin minuta, nofs tużżana mir-Red Devils fis-sitta u tmenin minuta b’xutt fil-baxx għar-rokna tas-sostitut Mason Greenwood.

Villarreal – Arsenal 2-1
Spanjoli fil-vantaġġ b’xutt fil-baxx għar-rokna ta’ Manuel Trigueros wara biss ħames minuti, 2-0 man-nofs siegħa logħob b’Raul Albiol jispara mill-viċin fis-saqaf tax-xibka.
Arsenal naqsu d-distakk minn penalty ta’ Nicolas Pepe, f’partita li fiha ż-żewġ naħat spiċċaw jilgħabu b’għaxar players.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com