UEFA Europa League – Rebħiet Għal Manchester United U Arsenal.. Jgħaddu Ukoll Roma u Villarreal

 UEFA Europa League – Rebħiet Għal Manchester United U Arsenal.. Jgħaddu Ukoll Roma u Villarreal

UEFA Europa League – Kwarti tal-Finali t-Tieni Leg

Manchester United – Granada 2 – 0
Manchester United fis-semifinali, 2-0 f’darhom fuq Granada, aggregate 4-0 għar-Red Devils li skurjaw kmieni fil-partita minn Edinson Cavani fis-sitt minuta, l-ħamsin gowl għall-Urugwajan fil-kompetizzjonijiet Ewropej, fil-ħin miżjud awto-gowl ta’ Jesus Vallejo għamilhom tnejn.

Roma – Ajax 1 – 1
1-1 bejn Roma u Ajax, Olandiżi fil-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni taqsima, long ball fuq Brian Brobbey li antiċipa lill-goalkeeper avversarju u tefa fix-xibka b’lob delizzjuż, draw għal Roma fit-tnejn u sebgħin minuta mis-solitu Edin Dzeko. Għaddew Roma b’aggregate skor ta’ 3-2.

Slavia Prague – Arsenal 0 – 4
Arsenal ukoll mal-aħħar erbgħa wara rebħa faċli 4-0 barra minn darhom fir-Repubblika Ċeka għand Slavia Praga.
Gunners fil-vantaġġ fit-tmintax-il minuta minn Nicolas Pepe, tliet minuti wara żiedu l-vantaġġ minn penalty ta’ Alexandre Lacazette.
Għaddew tliet minuti oħra u Bukayo Saka għamilhom 3-0.
Ir-raba goal lejn tmiem il-partita u d-doppjetta għal Alexandre Lacazette.

Villarreal – Dinamo Zagreb 2 – 1
Jgħaddu ukoll Villarreal, rebħa ta’ 2-1 f’darhom fuq Dinamo Zagreb, aggregate 3-1 favur it-tim Spanjol.
Żewġ goals lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima f’temp ta’ seba’ minuti taw vantaġġ komdu lill-Ispanjoli, Paco Alcacer fis-sitta u tletin minuta, Gerard Moreno b’xutt fil-baxx għar-rokna ftit mumenti wara.
Goal tal-bandiera għal Zagreb kwarta mit-tmiem skurjat minn Mislav Orsic.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com