Waħda Mill-Aktar Stejjer Xokkanti Relatati Mal-Covid-19 Għal Din Il-Ġimgħa

 Waħda Mill-Aktar Stejjer Xokkanti Relatati Mal-Covid-19 Għal Din Il-Ġimgħa

L-attakkant ta’ Palmeiras u l-eks plajer ta’ Milan, Luiz Adriano, b’waħda mill-aktar stejjer xokkanti relatati mal-COVID-19 għal din il-ġimgħa.

Il-futboler Brażiljan ittestja pożittiv għal COVID-19 u kiser ir-regoli ta’ isolament wara li wassal lill-ommu f’supermarket fil-puntent ta’ São Paulo. Waqt li kien qed isuq lejn is-supermarket huwa tgħajjar ġuvni li kien qed isuq ir-rota u b’hekk inqabad fil-fatt li kien għamel reat minħabba li ħareġ mid-dar waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. Huwa suppost kellu jkun f’iżolament għal 10 ijiem.

Adriano ma kellu ebda sintomi u b’hekk prova jiffranka l-multa billi saħaq li huwa ma għamel xejn ħażin għaliex kien liebes maskra.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com