270 Każ Attiv Tal-COVID-19 – Ċifra Rreġistrata L-Aħħar 9 Xhur Ilu

 270 Każ Attiv Tal-COVID-19 – Ċifra Rreġistrata L-Aħħar 9 Xhur Ilu

Fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li n-numru ta’ każi attivi tal-COVID-19 niżlu għal 270.

Ċifra li kienet reġistrata l-aħħar 9 xhur ilu, fil-bidu t’ Awwissu tas-sena l-oħra.

L-aħħar darba li pajjiżna kellu inqas każijiet attivi kien fis-6 t’ Awwissu 2020, mela kienu rreġistrati 267 każijiet attivi.

Fl-istess tweet, Fearne appella lill-pubbliku sabiex jitlaqqam kontra l-Coronavirus, u sostna li huwa importanti li r-rati għolja ta’ tilqim jibqgħu għaddejjin.

Sal-Ġimgħa saru iktar minn 330,000 vaċċinazzjoni, filwaqt li iktar minn 105,000 adult huma mlaqqma bit-tieni doża.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com