72 Tunnellata Skart Miġbura F’Jumejn

 72 Tunnellata Skart Miġbura F’Jumejn

72 tunnellata skart inġabru fl-ewwel jumejn tal-kampanja ‘Insebbħu Pajjiżna’.

Dan l-ammont ta’ skart inġabar fi 3,500 borża minn 72 kilometru ta’ toroq fejn sar it-tindif sa issa.

Fit-tielet jum bdew jitnaddfu l-bajjiet, primarjament mill-alka li telgħet b’mod naturali.

Dan filwaqt li bdiet ukoll iż-żebgħa ta’ central strips, traffic islands, roundabouts u ġbir ta’ skart illegali.

Aktar minn 450 ħaddiem minn diversi entitajiet matul il-jum tal-Ħamis ħadmu flimkien biex ikompli t-tisbiħ tal-pajjiż fl-arterji prinċipali u postijiet fejn jinġabru ħafna nies.

Aktar tard se jibda jsir xogħol ta’ manutenzjoni usa’ mit-tibdil ta’ bozoz fit-toroq u li jinvolvi tiswijiet ta’ għamara fit-toroq u manutenzjoni simili.

Ritratt: Kevin Abela / DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com