Aħna Poplu Li Jitkaża U Mbagħad Nagħmlu Agħar? Għidulna X’Taħsbu!

 Aħna Poplu Li Jitkaża U Mbagħad Nagħmlu Agħar? Għidulna X’Taħsbu!

Spiss nisimgħu bi stejjer u episodji fuq dak u fuq l-oħra. Kellna anke timbru li nħobbu nzekzku fuq xulxin. jew forsi għadu magħna?

“Smajt x’għamlet dik? Qalbitielu! Dak igerfex id-dinja ta! Dak tafdahx għax…” u sejrin.

Imma meta naħsbu fuqna nfusna, aħna, jien, kemm aħna safja?

Dan huwa fattur li joħloq ħafna ansjetà fina nfusna. Mingħajr ma nafu, kapaċi noħolqu tensjoni u problemi mentali bla bżonn. Hemm min ukoll jitlef il-fiduċja fih innifsu b’konsegwenza ta’ dan.

Imma il-mistoqsija tkun: Għaliex nagħmlu hekk? Huwa l-istint tal-bniedem? Jew nagħmlu hekk biex inħossuna aħjar għax aħna, nagħmlu agħar?

X’taħsbu dwar dan?

L-iskop t’artikli hekk huwa li joħolqu diskussjoni b’saħħitha kif ukoll biex ngħinu lilna nfusna naħsbu fuq l-attitudni tagħna.

Ritratt: The Conversation

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com