Bil-Filmat: Ara X’Reazzjoni Kellha L-President Emeritus Meta Rċeviet L-Ittra Mingħand Il-Papa

 Bil-Filmat: Ara X’Reazzjoni Kellha L-President Emeritus Meta Rċeviet L-Ittra Mingħand Il-Papa

Għada se ssir maratona ġbir ta’ fondi għall-Malta Trust Foundation, għaqda mhux governattiva mmexxija mill-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca.

L-għan ta’ din il-maratona huwa li jinġabru l-flus għal tfal neqsin mid-dawl u tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu li jeħtieġu apparat personalizzat sabiex ikunu jistgħu jitgħallmu, jiżviluppaw il-ħiliet u t-talenti tagħhom u jikkomunikaw.

Intant, waqt il-preparamenti għal din il-maratona, l-Eċċellenza Marie-Louise Coleiro Preca rċeviet ittra ta’ barka mingħand il-Papa Franġisku. Huwa bagħat din l-ittra sabiex jgħidilha li qiegħed jitlob u jbierek din il-kawża ġusta u lil dawk kollha nvoluti.

Agħfas hawn sabiex tara r-reazzjoni tal-President Emeritus malli rċeviet din l-ittra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com