Bosta Mnikkta Wara L-Mewt Tal-Attur Ta’ 39 Sena Oliver Pace

 Bosta Mnikkta Wara L-Mewt Tal-Attur Ta’ 39 Sena Oliver Pace

Bosta dalgħodu qamu maħsuda wara li tard ilbieraħ filgħaxija miet Oliver Pace li kien jinterpreta ll-parti tal-Hop-Leaf fis-sensiela Klassi Għalina.

Fuq il-midja soċjali kienu bosta li ħallew il-messaġġi tagħhom biex isellmu l-memorja ta’ Pace, deskritt minn ħafna bħala persuna li kien maħbub minn kulħadd.

Hu kien jagħmilha tal-Hop-Leaf fuq is-sensiela Klassi Għalina. Bosta kienu li sellmu lil Oliver b’messaġġi mill-isbaħ. Missieru Philip kitiblu, “Ma nistax nemmen ibni kif ħallejtna ħabta u sabta. Kont maħbub minn kulħadd Oliver. M’intix se tkun minsi ibni. Żomm idejk fuqna minn hemm fuq.”

It-tim ta’ Klassi Għalina fuq facebook kiteb “Aħbar kerha dalgħodu ħalliena għal ħajja ta’ dejjem, niftakruh kemm fuq is-set kif ukoll fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, bħala bniedem ferrieħi u ġentili.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com