“Fuq Talba Tas-Sorijiet Tal-Kunvent Saret Bankina Ġdida” – Is-Sindku Tal-Mellieħa

 “Fuq Talba Tas-Sorijiet Tal-Kunvent Saret Bankina Ġdida” – Is-Sindku Tal-Mellieħa

Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella elenka x-xogħol li qed isir fil-parti t’isfel ta’ Triq Ġorġ Borg Olivieri fejn spjega li tqiegħdu pajpijiet li jieħdu l-ilma tax-xita u li magħhom ser jitqabbdu oħrajn li jieħdu l-ilma tax-xita li jinżel kemm minn Triq il-Qalb Imqaddsa u minn Triq San Publiju.

Qal li ser jinbidel ukoll il-main tal-ilma tax-xorb, flimkien mas-service connections, liema proġett jinvolvi wkoll tqegħid ta’ cables għall-Enemalta u pajpijiet tad-drenaġġ.

Aċċenna għat-talba tas-Sorijiet tal-Kunvent infushom biex issir bankina ġdida quddiem iċ-Child Care Centre bil-għan li jingħata aċċess aktar faċli għall-istess binja.

“Ħadt gost dalgħodu li waqt li nżilt nara xogħol li qed issir waqfuni xi nies u rringrazzjawna li qed nagħmlu l-almu tagħna biex ix-xogħol jitlesta ma jdumx u tkun tista’ titgawda minn kulħadd. Kien ta pjaċir ukoll nitkellem mas-Sister tal-Kunvent fejn irringrazzjatna li llum għandom bankina aktar aċċessibli. Grazzi wkoll lil kuntrattur u l-ħaddiema li propju f Jum il-ħaddiem ħadmu bla waqfien.”

Dario Vella spjega kif l-arranġamenti marbuta mat-traffiku u t-trasport pubbliku qed jiġu kordinati bejn Transport Malta, Infrastructure Malta, il-Kunsill Lokali, flimkien ma’ Malta Public Transport bil-ħsieb li x-xoghol jitlesta fl-iqsar żmien possibbli, għall-benefiċċju tar-residenti u l-komunità kummerċjali. Irringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com