Iħalli Din Id-Dinja Leġġenda Tal-Passat Fil-Futbol Malti.. Is-Sliem U Grazzi Lolly

 Iħalli Din Id-Dinja Leġġenda Tal-Passat Fil-Futbol Malti.. Is-Sliem U Grazzi Lolly
Il-Futbol Malti tilef leġġenda tal-passat hekk kif il-Ħadd tħabbret il-mewt ta’ Lolly Debattista fl-eta’ ta’ 91 sena.
Assoċjat maż-żminijiet tad-deheb fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet ta’ Floriana li magħhom lagħab tul il-karriera kollha tiegħu bħala player.
Rebaħ ukoll l-unuri bħala kowċ ma’ Ħamrun Spartans u Valletta.
Lagħab tliet darbiet mat-Tim Nazzjonali.
Kien ukoll fl-ewwel ħdax fil-logħba inawgurali storika għat-Tim Nazzjonali fi Frar tal-1957 f’telfa ta’ 3-2 fl-Empire Stadium kontra l-Awstrija.
Lolly huwa ukol l-ewwel rebbieħ tal-unur prestiġġjuż tal-Futbol of the Year mogħti mill-Malta Football Association.
StradaRjali tibgħat il-kondoljanzi lill-qraba u ħbieb tal-mibki Lolly Debattista.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com