Il-Mediterranean College of Sport – Faċilita Multifunzjonali Fit-Tisħiħ Bżonnjuż Tal-Isport F’Pajjiżna

 Il-Mediterranean College of Sport – Faċilita Multifunzjonali Fit-Tisħiħ Bżonnjuż Tal-Isport F’Pajjiżna

Il-kumpless sportiv fil-kulleġġ ta’ San Alwiġi f’Birkirkara se jiġi żviluppat wara ftehim mal-imprendituri ta’ suċċess f’pajjiżna, Vassallo Group.

Il-kumpanija Learning Works se tkun qed tmexxi l-operat tal-Mediterranean College of Sport li wara li jiġi żviluppat se jservi bħala ċentru multifunzjonali b’diversi faċilitajiet sportivi bħal ground tal-futbol, pixxina tal-għawm, faċilitajiet ta’ gym u ċentru li jkun jiffoka fuq ix-xjenza sportiva.

Il-proġett mistenni li jinkludi ukoll parkeġġ taħt l-art li jesa’ mal-mitejn karozza u dormitorju tal-fuq minn 60 sodda.

Dixxiplini prattikati ġewwa mhux minsija f’dan il-proġett kbir bi swali dedikati għall-handball, basketball u dixxiplini oħra.

Il-ftehim se jwassal biex l-istudenti ta’ San Alwiġi igawdu ukoll minn dan il-proġett, wara l-ħin tal-iskola l-Mediterranean College of Sport, dan l-impjant sportiv multifunzjonali jibda jiġi gawdut mill-pubbliku nġenerali.

Dan il-proġett se jkun ‘win win’ situation, ibda biex fil-qasam sportiv u l-bżonn li t-tfal jipprattikaw minn eta’ żgħira u kif ukoll fil-ħin tal-iskola, kultura u mentalita sportiva li fiha għadna ferm lura f’dan il-pajjiż, barra minn hekk infrastruttura sportiva aktar moderna u li taqdi l-bżonnijiet taż-żminijiet tal-lum, li l-kulleġġ San Alwiġi se jkun qed jibbenefika minnha b’tibdil radikali fl-istrutturi li ilhom mibnija għal dawn l-aħħar 25 sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com