Illum Tibda L-Akbar Kampanja Ta’ Tindif F’Pajjiżna

 Illum Tibda L-Akbar Kampanja Ta’ Tindif F’Pajjiżna

llum se jingħata bidu għall-akbar kampanja ta’ tindif f’pajjiżna! Bl-isem ta’: ‘Insebbħu Pajjiżna’, din l-inizjattiva se tara aktar minn 450 ħaddiem jinżlu f’diversi toroq għal tindif, manutenzjoni u rinnovar ta’ bosta nħawi.

Il-Prim Ministru Robert Abela nhar il-Ħadd li għadda, waqt intervent telefoniku fuq ONE Radio saħaq dwar l-importanza tal-indafa f’pajjiżna. isma’ x’qal il-Prim Ministru hawn:

Din se tkun ikkordinata flimkien ma’ ħaddiema tat-tindif, tal-parks, tal-Enemalta u ta’ Transport Malta li se jkunu qed imexxu l-kampanja.

Minn Stradarjali.com, se nkunu qed naġġornawkom dwar din l-inizjattiva tajba u bżonnjuża.

Imiss li aħna lkoll nagħmlu l-parti tagħna. La ġo darek ma tħammiġġx, daqstant ieħor barra. Pajjiżna huwa darna lkoll.

Ritratt: The Trotterwings/ Is-Servizz pubbliku

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com