Investiment Totali Ta’ €35 Miljun F’Għawdex

 Investiment Totali Ta’ €35 Miljun F’Għawdex

F’Għawdex qed isir investiment ta’ €35 miljun fl-infrastruttura edukattiva.

Dan intqal mill-Ministru Justyne Caruana, li spjegat kif il-proġett li jinsab għaddej fil-kampus tar-Rabat Għawdex jiswa €10 miljun.

Proġett li se jinkludi ċentru għall-ħarsien tat-tfal, kindergarten, skola primarja, skola medja, senior school u sixth form.

Il-bini mill-ġdid tal-iskola primarja se tieħu post dik li għandha mal-160 sena, u se tkun f’post differenti minn dik eżistenti.

Din se tinbena fil-kampus edukattiv li diġa hemm fir-Rabat Għawdex, u l-proġett jinkludi t-tkabbir u l-immodernizzar tal-iskola medja fl-istess kampus.

L-iskola l-ġdida se tesa 650 tifel u tifla mifruza f’16-il klassi għal parti primarja u 10 oħra għall-kindergarten, filwaqt li se jkun hemm ukoll klassijiet għal suġġetti speċifiċi, fosthom tax-xjenza, tat-teknoloġija tal-informatika u tal-arti.

Il-Gvern qed jinvesti €35 miljun f’Għawdex fit-tisbiħ estensiv u tal-faċċati ta’ diversi skejjel primarji.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com