Is-Saċerdot Kien Intlaqat Minn Ġebla F’Rasu U Storda

 Is-Saċerdot Kien Intlaqat Minn Ġebla F’Rasu U Storda

Lura fl-1901, saċerdot li kien fis-sagristija tal-knisja tar-Rabat iħejji biex imur jagħti l-aħħar sagramenti lill-moribond, intlaqat minn ġebla ta’ kilo toqol f’rasu.

Is-Saċerdot storda u l-moribond baqa’ bla sagrament.

Min-naħa l-oħra, qassis li kien se jakkumpanja tifla mejta saċ-ċimiterju, safa attakkat. Minflok, mat-tifla mar pulizija biex jitwassal il-katavru saċ-ċimiterju tal-Addolorata.

Dawn huma framenti mill-istorja; uħud minnhom inkunu nafu bihom, oħrajn jaslulna mingħand segwaċi tagħna. Dejjem nieħdu ħsieb nivverifikaw il-fatti. Ikun hemm stejjer li ma jkunux kompluti fir-rakkont u għalhekk, inħeġġukom tagħmlu kuntatt magħna bi stejjer interessanti mill-istorja ta’ pajjiżna għaliex nemmnu li jkunu ta’ interess għalikom ukoll. Anke jekk ikollkhom iżjed tagħrif dwar ġrajjiet li niktbu dwarhom. Dan napprezzawh.

Stradarjali.com hija dejjem favur il-promozzjoni tal-istorja, il-kultura u l-arti, kif ukoll personalitajiet li għexu qabilna.

Ritratt: Bażilika Kolleġġjata u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl – Rabat/ Wikipedia

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com