Isibulu Sustanza Suspettata Kokaina Taħt Is-Seat

 Isibulu Sustanza Suspettata Kokaina Taħt Is-Seat

Raġel ta’ 25 sena residenti Ħ’Attard ġie arrestat u mressaq il-Qorti wara li nqabad b’87 qartas ta’ sustanza suspettata kokaina.

Matul il-lejl ta’ bejn it-2 u t-3 ta’ Mejju, waqt li l-Pulizija tad-Distrett tal-Imsida, bl-assistenza tal-Forza Armati ta’ Malta, kienu qegħdin jagħmlu spezzjonijiet tat-traffiku fi Triq il-Wied tal-Imsida, twaqqfet vettura tal-għamla Peugeot. Waqt tfittxija fil-vettura, taħt is-seat tax-xufier, instabu l-imsemmija qratas.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.

Ix-xufier ġie arrestat u tressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace mill-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, fejn wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonjiet.

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Ispetturi Colin Sheldon u Justine Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com