It-Tim Nazzjonali Tal-Għawm Artistiku Se Jieħu Sehem F’Kompetizzjoni Internazzjonali

 It-Tim Nazzjonali Tal-Għawm Artistiku Se Jieħu Sehem F’Kompetizzjoni Internazzjonali

It-Tim Nazzjonali tal-Għawm Artistiku taħt il-gwida tal-Kowċ Nazzjonali Michelle Hubner u l-Assistent Kowċ Hannah Preca Trapani jinsabu fi Blagoevgrad, il-Bulgarija fejn ser ikunu qed jikkompetu fl-ewwel Kompetizzjoni Internazzjonali tal-Għawm Artistiku “Pirin” bejn is-7 u d-9 ta ‘Mejju 2021.

It-tim huwa mgħamul minn Thea Blake, Davida Bonanno (Captain), Tara Bonnici Peresso, Ana Culic, Elisa Marie Friggieri, Katarina Galea Curmi, Ana Grech, Thea Grima Buttigieg, Valentina Marchi, Kelly Ann Sargent, Nicole Tomic Felice u Hannah Xuereb.

L-atleti se jikkompetu fl-avvenimenti li ġejjin: –

Il-Ġimgħa 7 ta’ Mejju – Thea Grima Buttigieg (Solo Tech), Davida Bonanno u Valentina Marchi (Duet Free).

Is-Sibt 8 ta’ Mejju – Ana Culic u Valentina Marchi (Duet Tech) u Ana Culic (Solo Free), Team (Combo)

Qabel ma tibda l-kompetizzjoni, l-atleti qed jagħmlu taħriġ fil-pixxina kif ukoll sessjonijiet tal-ġinnastika.

Din il-kompetizzjoni se sservi bħala tħejjija addizzjonali għall-Kampjonati LEN Ewropej tal-Għawm Artistiku Junior li għandhom jiġu ospitati f’Malta bejn it-30 ta’ Ġunju u l-4 ta’ Lulju 2021.

 

Ritratt: ASA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com