Iżjed Tqanqal Sesswalment Mal-Kelma “Ser”

 Iżjed Tqanqal Sesswalment Mal-Kelma “Ser”

Fl-awla tal-Qorti waqt is-smiegħ tax-xiehda fil-każ t’allegat stupru ta’ mara minn Surġent tal-Pulizija, Glenn Carabott, ħareġ li s-surġent iżjed tqanqal sesswalment x’ħin il-mara bdiet isejjaħlu “Ser”.

Glenn Carabott jinsab mixli li stupra mara meta mar biex jinvestiga serqa li allegatament seħħet f’darha stess, fil-Qawra. 

Fix-xiehda tagħha s-Supretendent tal-Pulizija Graziella Muscat Buhagiar, ħareġ li l-allegat vittma, stqarret li sbieħ is-17 t’April, irrappurtat li kienet sfat misruqa u meta s-Surgent Carabott mar fuq il-post, deher li kien taħt l-influwenza tad-droga. Huwa ukoll għaddilha kumplimenti fuq id-dehra tagħha. L-allegat vittma staqsietu għaliex kien qiegħed waħdu u x’kienet ir-raġuni li ma marux esperti forensiċi. 

Ġie allegat li s-Surġent qabad sider l-allegat vittma. 

Tul ix-xhieda ħareġ li Carabott qalilha li jagħmel films pornografiċi, liema films jarahom biss grupp ta’ nies. 

Intqal ukoll li l-allegat vittma tieħu d-droga u sabiex iġġib xi karti relatati mal-oġġetti misruqa daħlu fil-kamra tas-sodda. Kif innutat li s-Surġent għalaq il-bieb tal-kamra, l-allegat vittma, mill-ewwel indunat x’ser jiġri. L-allegat vittma stqarret ukoll li fil-passat kienet ġiet abbużata. 

Is-Supretendent tal-Pulizija qalet li l-vittma qaltilha li “Kienet taf li meta raġel jibda, ma jieqafx qabel jispiċċa”. Tul ix-xiehda ħareġ li l-mara wettqet sess orali fuq Carabott sabiex teħles u mhux għax kienet mhedda. Jidher li Carabott beda jiġbed filmat tal-att, liema filmat kien imressaq bħala evidenza fil-Qorti. 

Il-mara kienet qalet lis-Surġent fuq l-abbuż sesswali preċedenti u ddiskriviet bħala annimal lil dak mixli li stupraha, wara li trattaha bħala oġġett. L-uffiċjali tal-Puliżija li kienu xogħol f’dik il-ġurnata stqarru li s-Surġent Carabott ma daħħalx rapport fuq l-allegat serqa. 

Tul is-smiegħ intqal ukoll li d-dar tal-mara hija magħrufa mal-Pulizija bħala post fejn isir abbuż mid-droga.

Ritratt: iNews Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com