Joseph Galea Fit-Tmun ta’ Lija A. Għal Tlett Staġuni Oħra

 Joseph Galea Fit-Tmun ta’ Lija A. Għal Tlett Staġuni Oħra

Minkejja li ġew relegati mill-Kampjonat Premier, it-tmexxija ta’ Lija Athletic tinsab kuntenta bit-tmexxija tal-kowċ Joseph Galea tant li fis-sigħat li għaddew huwa ġiet afdat bit-tmexxija tat-tim għal tlett staġuni oħra.

Galea ilu fit-tmexxija tat-tim modest ta’ Lija għal dawn l-aħħar ħames snin fejn irnexxilu jirbaħ żewġ promozzjoni għal Kampjonat Premier.

Matul l-istaġun li għadu kif intemm, Lija irnexxilhom jakkwistaw total ta’ 20 punt minn 23 partita. Huma rebħu ħames partiti, ġew draw f’ħames okkażjonijiet oħra u tilfu tlettax il-konfront.

Joseph Galea huwa l-aktar kowċ fl-storja tal-klabb li ilu fit-tmexxija tat-tim.

Ritratt: Lija A.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com