“Napprezza Ħafna Li Ssalvaw In-Nies U L-Kuraġġ Tagħkom”

 “Napprezza Ħafna Li Ssalvaw In-Nies U L-Kuraġġ Tagħkom”

Il-pompiera stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rċivew ittra sinċiera ta’ ringrazzjament mingħand iċ-ċkejken Ethan Mizzi.

L-ittra kienet ippublikata fuq il-Paġna ta’ Facebook tal-istess ajruport.

Permezz tal-ittra, Ethan, li għandu 8 snin, irringrazzja lill-pompiera tax-xogħol li jagħmlu ta’ kuljum.

Qalilhom li japprezza l-ħidma li jagħmlu f’dan iż-żmien diffiċli tal-pandemija, u japprezza wkoll il-fatt li dejjem lesti biex isalvaw lin-nies.

B’rispons, u b’sens ta’ ringrazzjament, il-pompiera ħadu ritratt qed iżommu l-ittra ta’ Ethan quddiem waħda mill-vetturi tat-tifi tan-nar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com