Oliver Spiteri Mill-Ġdid Fit-Tmun ta’ Santa Lucia FC

 Oliver Spiteri Mill-Ġdid Fit-Tmun ta’ Santa Lucia FC

Oliver Spiteri mistenni li jerġa jmexxi lit-tim ta’ Santa Lucia FC matul l-istaġun 2021 / 2022 wara li f-firma kuntratt ta’ sena oħra mal-klub. Taħt il-gwida tiegħu, Santa Lucia FC, aktar ma jmur aktar qed jistabilixxu posthom fil-Kampjonat Premier u matul l-istaġun li għadda temmew l-impenji tagħhom fit-tmien post.

Il-ħidma fuq l-skwadra diġa bdiet tant li tlieta mill-plejers barranin li lagħbu mat-tim matul l-istaġun li għadda ser jerġaw jilgħabu mat-tim staġun ieħor.

L-attakant brażiljan Alan Da Silva Souza, kif ukoll id-difensuri Andre Fausto Rodrigues u Victor Luiz Prestes Filho ġeddew il-kuntratt b’sena oħra.

Ma dawn mistennija li jingħaqdu plejers oħra fil-ġimgħat li ġejjin fit-tentattiv li terġa tinbena skwdra kompetittiva oħra.

 

Ritratt: Santa Lucia FC / Times Of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com