Se Jkollhom Iqattgħu Xi Xhur Fl-Inkubatur

 Se Jkollhom Iqattgħu Xi Xhur Fl-Inkubatur

9 trabi li welldet mara mill-Mali se jkollhom iqattgħu bejn xahrejn u tliet xhur f’inkubaturi.

Dan intqal minn direttur tal-klinika fejn twieldu t-trabi, u li ma’ AFP spjega li dan kien każ eċċezjonali u estremament rari.

Intqal li l-omm ta’ 25 sena u l-ħamest ibniet u erba’ subien jinsabu f’kundizzjoni tajba.

It-trabi wiżnu bejn 500 gramma u kilo.

L-istess direttur qal li l-mara kienet 25 ġimgħa tqila meta daħlet l-isptar, u weldet 5 ġimgħat wara, b’10 tobba u 25 paramediku jassistu fit-twelid.

Ritratt: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com