Se Tinbena Mill-Ġdid Lukanda Mitluqa Fir-Rabat

 Se Tinbena Mill-Ġdid Lukanda Mitluqa Fir-Rabat

Il-Grand Hotel Verdala se titwaqqa, u minflokha se jinbena kumpless lussuż ta’ 8 sulari.

Dan hekk kif fil-jum tal-Ħamis, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-applikazzjoni tal-iżvilupp.

Il-bini eżisteni, li jmiss ma’ 4 toroq differenti, se jinbidel fi 3 blokok separati li se jkollhom 6 sulari fuq l-art u 2 oħra taħt, filwaqt li se jkun hemm garaxx li jiflaħ 176 vettura.

Blokka mill-iżvilupp il-ġdid se jkollha 39 appartament u 3 ħwienet, filwaqt li oħra se jkollha 47 appartament.

It-tielet blokka se tkun lukanda, u se jkollha 17-il appartament u 26 guestrooms.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com