SEGWI – Haley Bugeja “Stilla Diġa Lesta”.. Il-Kummentatur Waqt Żewġ Goals Oħra Għall-Maltija Fis-Serie A

 SEGWI – Haley Bugeja “Stilla Diġa Lesta”.. Il-Kummentatur Waqt Żewġ Goals Oħra Għall-Maltija Fis-Serie A

Doppjetta oħra għall-Maltija Haley Bugeja fis-Serie A Taljana f’rebħa komda 4-0 għat-tim tagħha Sassuolo ‘away’ għand Verona, biex tellgħet it-total personali għal għaxar goals dan l-istaġun.

Bugeja li għad għandha sbatax-il sena ġiet deskritta mill-kummentatur Taljan bħala “Stilla diġa lesta”, wara wirja oħra kbira fejn skurjat l-ewwel u r-raba’ goal biex għenet lit-tim tagħha f’din ir-rebħa komda.

Ir-raba goal partikolarment kapulavur, meta f’azzjoni personali u b’ġirja ta’ madwar ħamsin metru ‘coast to coast’ (minn kaxxa għall-oħra), Haley Bugeja qatgħet għal kollox lid-difiża ta’ Verona qabel fajret il-ballun fix-xibka avversarja għad-doppjetta personali.

B’din ir-rebħa Sassuolo saħħew it-tielet post fil-klassifika tas-Serie A bi 43 punt minn dsatax-il partita, sitta biss taħt Milan li attwalment jinsabu fit-tieni post taħt il-leaders Juventus.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com