Sejħa Lura T’Oculus Quest 2 Virtual Reality Headsets

 Sejħa Lura T’Oculus Quest 2 Virtual Reality Headsets

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għarfet lill-pubbliku dwar sejħa li għamel il-manifattur tal-prodott ‘Quest 2 Virtual Reality Headsets’. 

In-numri tas-serje affettwati għandhom l-ewwel 5 karattri ‘1WMVR’ jew ‘1WMHH’; u r-raba’ karattru mill-aħħar ‘0’ (żero).

L-ikkuttunar tal-fowm tal-prodott fih sustanzi li jirritaw il-ġilda u l-għajnejn. Għaldaqstant min jużah jista’ jsofri minn irritazzjoni. Il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva Ġenerali dwar is-Sikurezza tal-Prodott. Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq: https://support.oculus.com/1504463656600795.

Konsumaturi li xtraw dan il-prodott huma mitluba jieqfu jużawh immedjatament u jirritornawh lura minn fejn xtrawh.

F’każ li wieħed jixtieq aktar informazzjoni jew għandu mistoqsijiet oħra, jista’ jagħmel kuntatt mal-Awtorità fuq [email protected]