UCL – Doppjetta ta’ Mahrez U Manchester City L-Ewwel Finalisti.. Illejla Chelsea Jilqgħu Lil Real Madrid

 UCL – Doppjetta ta’ Mahrez U Manchester City L-Ewwel Finalisti.. Illejla Chelsea Jilqgħu Lil Real Madrid

UEFA Champions League 

Ritorn – SemiFinali 

Etihad Stadium – Manchester City 2 – 0 Paris St. Germain (agg 4-1).

Sa’ fl-aħħar.. Manchester City telgħu fil-finali tal-UEFA Champions League għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

F’konfront li fih iddominaw tattikament, pressing għoli u perfett, difiża soda, attakk veloċi, anke japprofittaw mit-teknika mpressjonanti fl-aħħar terz ta’ players bħal Phil Foden u Riyad Mahrez, huma għelbu lil Paris St. Germain b’goal f’kull taqsima bl-iskor ta’ 2-0.

Vantaġġ kmieni minn Riyad Mahrez fil-ħdax-il minuta, l-istess player irdoppja f’azzjoni veloċi ta’ kontrattakk minn kross ta’ Foden ftit wara s-siegħa logħob.

It-tamiet tal-Franċiżi ntemmu ftit wara t-tieni goal tat-tim Ingliż bi tkeċċija mill-ewwel għall-Arġentin Angel Di Maria li deher tilef rasu u bil-logħob wieqaf irritalja fuq Fernandinho, inċident li seħħ sitt minuti biss wara t-tieni goal għat-tim tal-manager Pep Guardiola, li b’dan ir-riżultat rebaħ din is-semifinali fuq 180 minuta b’mod aktar faċli milli mistenni, 4-1 aggregate fuq Paris tal-kowċ Maurizio Pochettino.

L-ewwel finali tal-UEFA Champions League b’hekk u wara diversi tentattivi għas-Cityzens.

Fil-finalissima ta’ Istanbul nhar is-Sibt 29 ta’ Mejju huma jiltaqgħu kontra min jikkwalifika llejla mit-tieni semifinali fi Stamford Bridge bejn Chelsea u Real Madrid wara draw ta’ 1-1 fl-ewwel leg il-ġimgħa li għaddiet fil-kapitali Spanjola, b’hekk kollox miftuħ beraħ u nċert dwar min se jkunu l-avversarji ta’ Manchester City fil-finali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com