Wiċċ Ġdid Minflok Il-Konkos Imkisser Li Kien Hemm Fil-Blue Lagoon

 Wiċċ Ġdid Minflok Il-Konkos Imkisser Li Kien Hemm Fil-Blue Lagoon

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri tella’ ritratt ta’ wiċċ ġdid ta’ ‘exposed aggregate’ li qed jingħata lill-moll u anke lit-triq eżistenti tal-Blue Lagoon. Dan biex ibiddel il-konkos ikrah u mkisser li kien hemm.

Camilleri tenna li x-xogħol qed isir kollu taħt is-superviżjoni kontinwa tal-uffiċjali tal-ERA u anke wara l-clearances meħtieġa kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll mill-istess ERA.

Saħaq kif dwar dan il-proġett intqal ħafna; anke nofs veritajiet iżda kien xogħol bżonnjuż anke biex jitnaqqas il-periklu għal mijiet jew aħjar eluf ta’ turisti li jżuruh u anke Maltin u Għawdxin.

“Proġett intiż għan-nies u mhux għall-gabbani, lukanda jew żviluppi oħra kif intqal”, spjega l-Ministru Clint Camilleri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com