Ħamrun Spartans Mhux Ser Jitħallew Jipparteċipaw Fil-UEFA Champions League

 Ħamrun Spartans Mhux Ser Jitħallew Jipparteċipaw Fil-UEFA Champions League

Aġġornata:-

F’stqarrija Hamrun Spartans FC ikkonferma d-deċiżjoni k-komunikata lilhom mill-UEFA li l-klabb mhux ser jitħalla jipparteċipa fl-edizzjoni 2021 / 2022 tal-UEFA Champions League.

Hamrun Spartans qed jikkunsidraw serjament jappellaw minn din id-deċiżjoni.

Aktar Qabel:- 

Ftit tal-ħin ilu ġiet ikkomunikata l-aħbar lit-tmexxija ta’ Hamrun Spartans FC li l-klabb mhux ser jitħalla jikkompetti fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-UEFA Champions League.

Għalkemm din l-aħbar għada mhux uffiċjali, nifhmu li Hamrun Spartans diġa bdew bil-preparamenti sabiex jappellaw minn din id-deċiżjoni.

Matul l-aħħar ġimgħat il-UEFA kienet qed tevalwa bir-reqqa l-applikazzjonijiet ta’ klabbs differenti minn madwar l-Ewropa li fl-aħħar snin kienu involuti f’xi tip ta’ irranġar ta’ logħon bit-tim ta’ Hamrun ikun wieħed minnhom.

Jekk Hamrun Spartans jitilfu l-appell li nifhmu li ser ikunu qed jagħmlu fil-ħin li ġej, allura jkun Hibernians FC li jieħdu post lis-stess Hamrun fil-fażi preliminari tal-UEFA Champions League. Gzira United FC, Birkirkara FC u Mosta FC jipparteċipaw fil-UEFA Europa Conference League.

 

Ritratt: Hamrun Spartans FC

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com