Ikomplu Jisħqu Li L-Covid-19 Oriġina Minn Laboratorju F’Wuhan

 Ikomplu Jisħqu Li L-Covid-19 Oriġina Minn Laboratorju F’Wuhan

Fil-bidu tal-pandemija kien hemm bosta spekulazzjonijiet dwar kif beda l-virus tal-Covid-19. Bosta teoriji kienu jenfasizzaw li dan beda minn laboratorju f’Wuhan; liema laboratorji kienu nnegaw bis-saħħa.

Madanakollu, il-ġurnal Wall Street Journal ikkonkluda li din l-ipoteżi li l-Coronavirus beda minn laboratorju f’Wuhan tista’ tkun tassew veritiera.

Il-President Amerikan Joe Biden ftit ilu kien ordna investigazzjoni dwar l-oriġini tal-virus fejn jidher li kelliema għal-laboratorju f’Wuhan, ma riedux jikkummentaw dwar ir-rapport tal-Wall Street Journal.

L-aġenziji ta’ l-intelliġenza ta’ l-Istati Uniti qed jisħqu li jew 1. il-virus oriġina minn inċident fil-laboratorju jew 2. li beda minn kuntatt bejn uman u annimal infettat. Xejn għadu mhu kkonfermat.

Ritratt: The Guardian

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com